Availability: Out of Stock

Irmied

SKU: 9789993297819

Original price was: €7.99.Current price is: €3.00.

Out of stock

Category:

Description

MArisa daret ‘l isfel u ħarġet mal-oħrajn mill-bieb tal-ġenb tal-Addolorata. Mill-bieb tan-nofs taċ-ċimiterju tat l-aħħar ħarsa lejn il-kampnar għoli u maestuż tal-kappella; imbagħad daret, u daħlet ma’ wliedha fil-karozzza li kienet wasslitha hemm għall-funeral.

Bl-għeżież tagħha madwarha, fil-kenn tal-karozza, ħasset f’qalbha is-serħan u s-sliem. Il-ħolm kollu tagħha kien sar irmied, u kien tar kollu mar-riħ. Kif kien qed itir il-weraq mejjet mal-fewġa qawwija li xi waqtiet kienet tonfoħ mill-punent.

Il-karozza nsaqet ‘il barra u ngħaqdet mas-serbut twil ta’ karozzi li kienu sejrin lejn il-Belt. Marisa lemħet l-ewwel qariet tax-xita fuq il-windscreen, li beda kull ma jmur jiżdied, jingħaqad u jċarċar qisu dmugħ quddiem għajnejha. Imrekken magħha fuq is-seat ta’ wara, Dorian dawwar rasu biex jagħti ħarsa tal-aħħar lejn iċ-ċimiterju.

Iżda hi ma ħarsitx.

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 230.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Irmied”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…