Description
1806, iseħħ qtil misterjuż! Is-suspetti tiegħu qanqlu rabja u biża’ fost il-parruċċani, meta ċertu Giuseppe Mizzi, magħruf bħala l-ħaddied, jinstab mejjet f’kundizzjoni tal-waħx. Dan kollu jwassal biex il-Knisja flimkien mal-Ġeneral Ingliż għal Malta George Graham isejħu għall-għajnuna professjonali biex jigi investigat dan il-każ.
Dott. Johann Von De Gaspar kif ukoll il-qassis eżorċista Martin Zeller jimbarkaw fuq missjoni biex jikkonfermaw jekk dan il-qtil kellux konnessjoni mal-mewt ta’ Helen Curtens. Curtens kienet ġiet ikkundannata għall-mewt mill-inkwiżizzjoni minħabba stregonerija flimkien ma’ Agnes Olma.
Din talbet l-għajnuna ta’ Curtens meta sar ritwal biex Olma tagħmel kuntatt mat-tifla tagħha Velika li mietet ta’ età żgħira. Il-bojja li eżegwixxa l-eżekuzzjoni tagħhom kien instab mejjet fl-istess kundizzjonijiet tal-ħaddied ħafna snin qabel barra minn xtutna.
Waqt din il-missjoni kemm Gaspar kif ukoll Zeller ser jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ mad-demonju Lucifugus u flimkien ma’ ċertu Peppi Decelis jidħlu għal sfida bejn it-tajjeb u l-ħażin u jippruvaw isolvu din l-investigazzjoni demonika.












Reviews
There are no reviews yet.