Availability: In Stock

Innuendo

SKU: 9789990918038

16.00

5 in stock

Category: Tag:

Description

Darba waħda Ruth talbet lil James biex jisparalha. Flavia neħħiet kull mera li kellha fid-dar. Lil John ġrew warajh bil-ġebel fit-telgħa ta’ Raħal Ġdid, u Turu ħalla l-majjali bil-ġuħ. Miguel kien f’dar ta’ klijenta u fetaħ kexxun li ma kellux jiftaħ, u erbat iħbieb poġġew tarbija f’basket tax-xiri.

Kultant il-kliem li ma jingħadx jaf jirrakkonta stejjer iktar minn dak li jingħad. Kultant il-kliem ma jgħid xejn u l-istorja ssibha fil-vojt ta’ bejn il-linji. Kultant trid taqra ħarsa, ċaqliqa, demgħa, tegħmiża. Għax il-ħajja mimlija innuendos …

Esperiment oriġinali ta’ letteratura kollaborattiva: 12-il storja, miktuba bi sħab minn żewġ awturi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Francis Ebejer, li jispazjaw tul firxa wiesgħa ta’ pajjiżi, relazzjonijiet u emozzjonijiet. Stejjer, daqqa ħassieba u daqqa ħalliema, li jreġġgħuna għall-pjaċir tal-qari.

Additional information

Category Category:
Tag Tag:
Weight 370 kg
Dimensions 19.8 × 12.7 cm
Book Author

,

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Innuendo”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…