Availability: Out of Stock

Il-Wied tad-Dinosawri

Author: David Pace
SKU: 9789995748418

6.75

Out of stock

Description

Dominic u Angele kienu jgħoddu l-ġranet sakemm jaslu l-vaganzi tas-sajf ħalli jmorru joqogħdu fl-għorfa man-nannu fuq Wied il-Għasel. In-nannu kien differenti minn nanniet oħra – attiv, intelleġenti u dejjem jivvinta ħalli n-neputijiet tiegħu jieħdu gost u fl-istess ħin jitgħallmu mill-esperjenzi tagħhom. Man-nannu qatt ma kienu jiddejqu għax dejjem kellhom x’jagħmlu.

U kien hemm il-wied fejn kienu jimmaġinaw avventuri ta’ barra minn hawn. Erħilhom jilagħbu u jistaħbew qalb is-siġar, u jerġgħu lura lejn l-għorfa fejn kien ikollhom l-ikel bnin tan-nannu jistenniehom. imbagħad għawma fil-vaska u xi storja minn tiegħu qbel jorqdu, u l-ġurnata kienet tkun kompluta.

Darba minnhom, kienu qed jilagħbu u nnutaw dawl stramb u marru jinvestigawh. Ma indunawx li kien wieħed mill-Bibien sigrieti li jgħaqqdu dinjiet differenti ma’ xulxin, u li wassalhom biex jidħlu fil-Wied tad-Dinosawri.

F’din id-Dinja stramba kienu se jiltaqgħu ma’ perikli kbar u jkollhom l-akbar avventura ta’ ħajjithom. Kienu se jsiru jafu wkoll is-sigriet kbir tan-Nannu salvu li kellu jbiddel il-mod kif iħarsu lejn id-dinja ta’ madwarhom u d-dinjiet bla qies li jeżistu wara l-Bibien.

Additional information

Category Category:
Tag , ,
Weight 210.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Wied tad-Dinosawri”

Your email address will not be published. Required fields are marked *