Description
“Il-Vigarju ħareġ il-gazzetta Il-Progress u newwilha lill-Isqof. Biex bħal donnu jiffriska l-memorja, qara fuq fuq dak li kien hemm mifrux fuq erba’ kolonni. it-titlu kien stampat kbir u iswed: Demokrazija u Reliġjon. Imbagħad newwel il-gazzetta lill-qassis. ‘Taf xi ħaġa fuq dan l-artiklu, riverendu?”
Il-karattri ewlenin:
Anton: Ir-raġel li ġie mill-bogħod ifittex dak li ħalla warajh. U sab li xejn ma tbiddel. Forsi lanqas hu.
Rita: Mara Furjaniża li tgħix f’dar mimlija tifkiriet. U misteri. Tagħha wkoll.
Marija: Tfajla Siġġiwija, b’moħħ miftuħ għal żmienha imma fommha sieket. Sfidat iżda kellha tinħeba. Tistenna.
Grace: Tfajla Å»abbarija, qalila u f’waqtiet inġenwa, mimlija b’xewqat u ħolm li ma kinux iħallulha moħħha u ġisimha kwieti.
Ma’ dawn il-karattri hi minsuġa wkoll il-ġrajja tal-ambjent u taż-żmien li fih jgħixu. Hi ġrajja minsuġa wkoll ma’ rwejjaħ ta’ fwieħa u għaraq. Ta’ balzmu u demm. Ta’ għenieqed u nbejjed u kappar u tadam u żebbuġ u fjuri selvaġġi.































Reviews
There are no reviews yet.