Availability: In Stock

Il-Pesta Tal-1676

Author: Joseph F. Grima
SKU: 9789995746551

9.95

Categories: , ,

Description

Dan il-ktieb ikompli jikkonferma lir-Rev. Joseph Micallef bħala storiku li ma kienx kuntent jippreżenta rakkont xott ta’ fatti u figuri għax kien tassew iħoss għal għajru. Suġġett li jittratta t-tifqigħa tal-agħar pesta li qatt laqtet lil Malta probabbilment titfisser grafikament u f’serje ta’ figuri li hi l-istorja fl-aktar forma xotta tagħha. Iżda l-awtur daħal fil-fond ferm aktar minn hekk. Jippreżentalna kitba li toħrog fil-beraħ ir-ruħ tan-nies kollha: kavallieri, nies tat-tajjeb inkella foqra. B’suċċess juri t-tqanqil tal-qlub u l-emozzjonijiet tan-nies, l-eroj u l-beżżiegħ, l-imħabba u l-egoiżmu, il-karità u x-xeħħa.

L-istoriku magħruf Ingliż il-Professur Asa Briggs kiteb li nuqqas fil-kitba tal-istorja soċjali hi li ‘tista’ tikkonċentra aktar fuq l-astrazzjonijiet milli fuq in-nies’ u li ‘l-istorja soċjali hi l-istorja tas-soċjetà. Tikkonċerna l-istrutturi u l-proċessi tat-tibdil. Xejn mhu irrelevanti għaliha.’ Micallef jimxi ma’ din id-deskrizzjoni: jittratta dwar in-nies u mhux l-astrazzjonijiet, u ma jinjora ebda evidenza, trivjali kemm hi u li għall-ewwel tidher nieqsa mill-importanza.

Additional information

Category , ,
Tag
Weight 290.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Note

maqlub għall-Malti minn Joseph F. Grima

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Pesta Tal-1676”

Your email address will not be published. Required fields are marked *