Availability: In Stock

Il-Moħħ fl-Ilsien

SKU: 9789990944631

18.00

8 in stock

Description

Il-Moħħ fl-ilsien jeħodna fuq vjaġġ li jibda minn qabel De Soldanis u jasal sal-Internet biex jurina kif ħaddmu l-Malti ta’ qabilna (u allura jittratta l-istil fil-Malti għal skopijiet partikulari) u x’qegħdin naħsbu aħna fuq ilsienna (jiġifieri, jiddiskuti xi ideat ta’ żmienna).

Kif sab il-lingwa biex jaqleb il-Bibbja mill-oriġinal Mons. Pietru Pawl Saydon?  X’fittex li jagħmel bil-ġurnaliżmu narrattiv tiegħu Herbert Ganado?  Kif ħoloq il-lingwa San ċ orġ Preca biex jibni għaqda soda reliġjuża?  X’elementi uża fil-lingwa medika bil-Malti Sir Temi Zammit?  Kif żewweġ l-elementi tan-novella mal-poeżija l-Poeta Nazzjonali?  Dawn huma ftit mill-ħafna mistoqsijiet li tittratta l-ewwel part ta’ dan il-ktieb li trid turi kif il-ħsieb isir lingwa f’sitwazzjonijiet partikulari.

Imbagħad wara li jara x’inkiseb permezz tal-awturi ewlenin, il-ktieb idur biex jistaqsi mistoqsijiet marbutin mal-preżent.  X’nifhmu b’Malti tajjeb illum?  Jeżisti l-Malti safi?  Hemm sessiżmu f’ilsienna?  Kif nistgħu nispjegawha l-lingwa tat-tfal?  X’effett qed ikollu l-Internet fuq il-Malti?  Dawn il-mistoqsijiet u oħrajn isawru u jħawru t-tieni parti tal-ktieb li trid tibqa’ turi kif il-ħsieb għadu jsir lingwa.

Il-Professur Charles Briffa jgħallem it-traduzzjoni u l-letteratura Maltija fl-Università  ta’ Malta.

Additional information

Category Category:
Tag , , , ,
Weight 0.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Note

This is a text book for BA and MA students. It is also of great interest to all those who show interest in the Maltese Language.

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Moħħ fl-Ilsien”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…