Description
Din it-triloġija hi storja li ġġiegħlek tkompli taqra minn ktieb għall-ieħor u toffri stampa ċara ta’ kif kienet Malta fi żmien il-kavallieri, b’pajsaġġi li għadhom bla mittiefsa sa minn dak il-perijodu tal-istorja ta’ Malta.
Leonilda: Tliet irġiel nobbli jilagħbu l-logħob tal-azzard f’razzett fil-Wardija. Majsi s-sid u ibnu Frenċ jisimgħu ħoss. Joħorġu jfittxu fid-dlam u t-tifel jisfa ferut. Issir tfittxija sew mill-irġiel kollha. Għalxejn. Meta jitlef il-flus kollha, il-Konti D’Alarcon joħroġ dokument biex jilgħab lil ibnu ta’ sentejn.
Min daħal fir-razzett jitfa’ pala tal-bajtar lejhom. Jolqot lil wieħed u fil-konfużjoni jintefa d-dawl tax-xemgħa. Meta kollox jikkwieta, jinstab li l-aggressur serqilhom il-flus u d-dokument minn fuq il-mejda u l-kartiera tal-Balliju de Leon. Jasal ċ orġinu, l-ilsir tal-Konti u jgħidlu li xi ħadd daħal id-dar, qatel lil oħt il-Konti u seraq lit-tarbija.
Għand l-Aħrax, l-id il-leminija tas-Sultan, jasal tallab b’ittra mingħand ċertu Josà¨. Jitlaq malajr kif isir jaf bil-wasla tal-Kontessa Leonilda. Wara jmur għandha, fejn jikxef l-identità tiegħu. Kien ċ ann Nikola Dikler, il-qaddej ta’ missierha. Iżda għaliex kien spiċċa hekk? Jagħtiha kelma li jgħinha ssib lil binha misruq.
Josà¨: Josਠjinsab ikkatenat il-ħabs wara li attakka lill-Kavallier Oriot li ried joħodlu lil Elena, b’martu. Xurban, Oriot jinqatel fi dwell ma’ Elena. Mingħalih li kien iddwella mal-Kavallier Vergilio, li stiednu għad-dwell. Missier Elena, xurban ukoll, jagħmilha ta’ parrinu għal Oriot. Mingħalih spara fuq Vergilio. Minflok jolqot lil bintu stess. ċ an Nikol Dikler, li sar jaf li Josਠu David huma wliedu jasal lura Malta bħala Markiż. Miegħu jasal Viskonti, jiġi minnu. Jirnexxilhom jeħilsu lil Josਠmill-mewt. L-Aħrax jistqarr ma’ Leonilda, min kien tabilħaqq.
Elena tispiċċa tmur tgħix għand il-Kontessa Leonilda u Josਠjwegħidha li jfittxilha lil binha misruq. Insiru nafu min ikunu Abdul, is-serv fidil tal-Kaptan David; Ghita, li kienet l-assistenta ta’ Elena u ċ-ċkejken ċ orġinu, li issa, li l-Konti nsteraqlu ibnu li lagħab, qed iħares lejh bħala ibnu.
Sadattant, il-Benestant Theuma għadu tal-fehma li bintu Elena ma tiżżewwiġx lil Josà¨. Għalhekk l-intriċċi jkomplu jiżegħdu.
Dolores: F’Malta jasal saħħar, li jieħu l-isem ta’ Melchiorre Seralta, Markiż ta’ Sandoval. Dolores, bint il-Kontessa Leonilda, tistaqsi lil Lorens, il-ġardinar tagħhom, fuq ġuvnott li jmur f’darhom ma’ Professur. Hu Roberto, bin in-nobbli Seralta, li qed jistudja għal tabib. Trid taf, għax kif tarah, tinġibed lejh.
Minħabba l-inkwiet li l-Kontessa taqa’ fih minħabba s-saħħar, il-Konti jmur jisbel għandu, u dak jisfidah għal dwell. Iben is-saħħar u Dolores, li jsiru jafu bid-dwell, imorru fil-post. Roberto jdewwi lill-Konti li jisfa ferut, u l-ulied jerġgħu jiltaqgħu mill-ġdid.
X’jiġri meta Dolores tinħataf mill-Franċiżi? Min isalvaha u min ifejjaqha mid-deni isfar? Min huma s-saħħar u Roberto? Naqraw ukoll xi jsir mill-Aħrax u l-protagonisti kollha. Finalment, Benjamino, it-tifel ta’ sentejn li l-Konti kien lagħab fir-razzett tal-Wardija, jerġa’ lura.
U l-istorja tal-Misterji tal-Wardija, li tinbet, titkattar u tissoda fuq delitt li kien sar ferm aktar qabel, u kien imdaħħal fih l-Aħrax, tkompli tiżvolġi sakemm kulħadd isir jaf min hu u kull wieħed u waħda, jaqbdu l-linja tagħhom, li jkun ippreżentalhom u ħejjielhom id-destin. Għal uħud, dak li jkun miktub għalihom hu s-sabiħ tal-ħajja; għal oħrajn hemm ċpar, niket u mewt!
Keywords: misteri tal-wardija , misteru tal-wardija



























Reviews
There are no reviews yet.