Description
L-ewwel parti ta’ dan il-ktieb, Kwadri mill-Imgħoddi tiġbor fiha sebgħin artiklu li jagħtuna studju antropoloġiku tal-ħajja fil-Mellieħa fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, fil-ħamsinijiet tas-seklu 20. Huma esperjenzi li l-awtur, Jimmy Muscat, għex jew għadda minnhom hu stess u allura huma xhieda ta’ fdalijiet li kienu għadhom jitlajjaw mas-saqajn fil-ħajja ta’ kuljum fir-raħal żgħir u kwiet tal-Mellieħa. Huma episodji li, barra li jnisslu nostalġija għal dak li kien u spiċċa, joħolqu wkoll tbissima.
Sittax-il artiklu ieħor, Storja u Reliġjon, jagħtuna siltiet mill-istorja tal-Mellieħa fir-rabta tagħha ma’ dak li hu reliġjuż, l-aktar mas-Santwarju tant għażiż tal-Madonna tal-Mellieħa, waqt li t-tielet taqsima, Storja u Soċjeta’, tinkludi tnejn u għoxrin kitba oħra fejn l-istorja titħallat ma’ dak li hu soċjali. Insibu mbagħad disa’ kitbiet oħra, Għat-tfal, intiżi l-iżjed biex jagħtu pjaċir liż-żgħar, iżda dejjem imsejsa fuq sfond Mellieħi.
L-aħħar taqsima, Laqmijiet Melliħin, tagħti ħarsa lejn il-laqmijiet tal-ġens Mellieħi, fejn tipprova tinżel fil-fond u tfittex mhux biss lista ta’ laqmijiet ta’ razez differenti iżda wkoll li tgħarbel l-oriġini tagħhom u minn fejn inħolqu biex hekk tagħtihom identita’ iktar ċara.













Reviews
There are no reviews yet.