Availability: In Stock

Il-Labra tad-Deheb

Author: Sharon Calleja
SKU: 9789918212903

14.95

Category:

Description

Is-sensazzjoni ta’ subgħajh ma’ dawk tagħha.
Ilħna daħqana jitħalltu flimkien f’sinfonija waħda fuq il-bajja ramlija viċin il-belt ta’ Pariġi.
Benoit u Aida.
Kien propju dakinhar… dakinhar li Benoit kien taha l-labra tad-deheb.
U mbagħad, bħal sajjetta fil-bnazzi, il-purtieri tal-palk itiru mar-riħ.
Maskra Venezjana… sparatura… delitt… il-baħħ.
L-akkużi ta’ dak il-qtil faħxi li kien seħħ fl-aktar teatru prestiġġjuż f’Pariġi kien iggranfa miegħu qisu qarnita li kienet belgħetu u ma setgħetx titilqu qabel jiskonta s-sentenza ta’ priġunerija tqila li kien weħel.
Iżda mbagħad kienet waslet il-ġurnata li Nina kellha tasal Franza fi vjaġġ mhux mistenni fejn kellha tiltaqa’ mas-Sur Louis Darko.
Min kien Dion? X’kien l-għan ta’ Nina f’Pariġi? U x’kienet ħasset malli rat il-bust ta’ dik il-mara famuża fil-pjazza ta’ dak il-ġnien sabiħ? X’konnessjoni kellha Nina ma’ dan kollu?
Dan it-thriller b’element sopranaturali jieħdok fil-kantunieri mudlama li hemm f’moħħ il-qattiel tal-istorja. Iżda finalment tiskopri xi tfisser l-imħabba vera.
U ssibha, hemm moħbija, wara ħafna snin.
Meta d-delitt ikun finalment solvut.
Il-labra tad-deheb.

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 600 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Labra tad-Deheb”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…