Description
Is-suggett tal-kotba wieghed kumpless ghax ihaddem aspetti bhal origini, thejjija, produzzjoni, u kotra ta’ interessi marbutin mat-tbigh taghhom. Kull ktieb ghandu l-kontenut u l-karattru tieghu li jirriflettu lill-kittieb jew lill-editur ghalkemm dejjem hemm xi karatteristici li ssibhom corta ghal kull kaz.
Ma nafx ezatt meta l-bniedem beda jagħmel il-kotba wara l-invenzjoni tal-kitba. L-eqdem eżempji tal-kitba jinsabu fuq il-fuħħar u fuq il-ġebel. Għalhekk l-eqdem kotba li nafu bihom huma t-twavel tal-fuħħar tal-Meżopotamja u r-rombli tal-papiru ta’ l-Eġittu, it-tieni imorru lura ghat-tielet millennju qabel Kristu. Pass revoluzzjonarju fil-ġrajja tal-ktieb kien il-kodici li ħa post ir-romblu. Il-proġress baqa’ ghaddej. Il-ktieb medjevali sab il-kenn teighu fil-monasteri u ħa imbuttatura qawwija mit-twaqqif ta’ l-universitajiet fis-seklu XII. Bil-wasla fis-seklu XV ta’ l-ewwel magna ta’l-istampatur b’tipi li jitħarrku, il-qari fl-Ewropa kiseb post socjali.
Illum, il-mistoqsija li titfaċċa hija ghad hemm lok ghal-ktieb mitbugħ fuq il-karta? L-avvenimenti mondjali li seħħew tas-seklu XX urew li l-karta tista’ tasal u tilħaq postijiet li l-elettronika ma tilħaqx. Fil-kuntest Malti, il-ktieb ukoll rabba’ tradizzjoni xierqa ghal gżira ċkejkna li għal sekli kienet iddominata minn moħħ barrani. Il-kultura tal-ktieb Malti stagħniet l-aktar fl-aħħar żewg sekli meta naraw l-estensjoni tal-moħħ Malti permezz tal-ktieb.





























Reviews
There are no reviews yet.