Availability: In Stock

Il-Kelb tat-Terrakotta

SKU: 9789918240678

14.95

8 in stock

Description

It-tieni każ tal-Ispettur Montalbano, issa bil-Malti!

L-Ispettur Montalbano jirċievi informazzjoni dwar ħażna ta’ armi tal-Mafja ġo għar f’post diżabitat. Meta jmur jindaga, l-armi jsibhom, imma mhux biss. Wara ħajt falz jiskopri l-iġsma ppreservati ta’ tfajla u ġuvni, mgħannqin ma’ xulxin. Mifruxin madwarhom ikun hemm diversi oġġetti strambi, fosthom kelb kbir tat-terrakotta.

Minn dak il-punt, l-Ispettur iħalli f’idejn sħabu biex jinvestigaw l-armi tal-Mafja filwaqt li hu jintefa’ b’ruħu u ġismu jipprova jsolvi l-każ enigmatiku tal-maħbubin ġol-għar, li jmur lura xejn anqas minn ħamsin sena. Sadanittant, jirfes xi kallijiet u jispiċċa midrub b’balla ta’ mitraljatriċi f’ġenbu, bir-riskju li ma jkunx jista’ jibqa’ jgawdi l-ikel sublimi ta’ Sqallija li tant iħobb!

Is-serje tal-Ispettur Montalbano, mill-pinna tal-awtur Sqalli Andrea Camilleri, kif ukoll is-sensiela ta’ films televiżivi bbażati fuq il-kotba, għamlu suċċess kbir u għadhom popolari mad-dinja kollha. Il-kelb tat-terrakotta huwa t-tieni ktieb fis-serje wara Il-forma tal-ilma.

Additional information

Category ,
Tag
Weight 360 kg
Dimensions 19.9 × 12.9 cm
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Kelb tat-Terrakotta”

Your email address will not be published. Required fields are marked *