Availability: In Stock

Il-Kappillan Carlo Manché: Fi Kliem Niesu

Author: Tony Micallef
SKU: 9789918003990

20.00

Description

“Dun Carlo Manché – Fi Kliem Niesu”, huwa ktieb b’ħafna tagħrif dwar l-maħbub Kappillan Manché li mexxa l-Parroċċa tal-Gżira bejn l-1935 u l-1950. Fil-ktieb qed jidhru, fost l-oħrajn, intervisti li għamel is-Superjur tal-M.U.S.E.U.M. Lorry Formosa ma’ nies bħal Twanny Farrugia, Nenu Buhagiar, Pawlu Pantalleresco, Evelyn Cassar, Charles Portelli, Johnnie Formosa u oħrajn, lkoll Gżirjani u li lkoll kienu jafu sew lil Dun Carlo. Hemm ukoll l-esperjenzi ta’ Dun Alfred Manché, li jiġi ħu Dun Carlo, ta’ Dun Edward Corrado u ta’ Mons. Arturo Bonnici. Patri Charlò Camilleri, Karmelitan u Gżirjan, kiteb dwar “Dun Karlu Manché u l-Ispiritwalità Karmelitana”.

Il-ktieb huwa mżewwaq b’ritratti u dokumenti li wħud minnhom huma bil-kulur u qed jidhru għall-ewwel darba.

Il-ktieb qed tippubblikah l-Parroċċa tal-Gżira, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gżira. Tony Micallef huwa l-editur tal-ktieb.

Additional information

Category , ,
Tag
Weight 650 kg
Dimensions 24.8 × 18 cm
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Kappillan Carlo Manché: Fi Kliem Niesu”

Your email address will not be published. Required fields are marked *