Description
Storja Vera tal-Gwerra
Fit-28 ta’ Lulju 1942, fl-aqwa tat-Tieni Gwerra Dinjija, xi ajruplani tat-tip Bristol Beaufort telqu minn Malta armati b’torpedoes biex ifittxu bastiment tal-għadu Taljan.
Hekk kif waslu qrib il-Greċja, il-vapur tal-merkanzija ntlemaħ u l-Beauforts għaddew ma’ wiċċ l-ilma biex jattakkawh. Wieħed mill-ajruplani Ingliżi, imtajjar mit-Tenent Edward Strever, intlaqat mill-kanuni tal-vapuri tal-għadu u kkraxxja fil-baħar. Strever u sħabu nqabdu priġunieri mit-Taljani.
Issa Strever u sħabu se jkollhom iqattgħu l-bqija tal-gwerra magħluqin ġo kamp tal-priġunieri! Jew għandhom xi pjan biex jeħilsu minn taħt idejn it-Taljani?

































Reviews
There are no reviews yet.