Description
Wara esperjenza xejn sabiħa u kontra r-rieda tiegħu, Gustav spiċċa waħdu fuq gżira iżolata. Anzjuż biex forsi jilmaħ xi vapur jew dgħajsa u jiġu jsalvawh, lanqas biss għaddielu minn moħħu jesplora l-gżira li kien sab ruħu fuqha. Kien wara li ġie salvat, li xtaq jerġa’ lura fuq il-gżira. Imma l-gżira fejn kienet?
Kif qatt ħadd ma kien sema’ biha?
U kif ma kienet tidher fuq l-ebda mappa?
U għaliex xi drabi kienet tidher u xi drabi le?
L-għan ewlieni ta’ Gustav kien li jgħaddi ftit xhur fuq il-gżra, waħdu, jitlob u jimmedita. Ftit basar ma’ liema avventuri kien se jiltaqa’. U wisq anqas basar li kien se jkun ta’ għajnuna għall-ħbieb ġodda tiegħu.
Min kien is-Saħħar Lumbwi, u kif irnexxielu Gustav jeħles minnu?
Għaliex julħadd kien jibża’ jinżel f’Wied il-Waħx?
U għaliex Jirani ried jaqta’ denbu?
Kif Gustav irnexxielu jagħmel ħabib ma’ Subira?
U l-festa tat-Tnax il-Qamar Kwinta kif spiċċat?
Tkun deċiżjoni għaqlija jekk Gustav imur jirrakonta x’ra fuq il-gżira?
Dawn u ħafna aktar huma wħud mill-avventuri li Gustav ħabbat wiċċu magħhom tul is-sitt xhur li għex fuq il-Gżira ta’ Wanyama.









Reviews
There are no reviews yet.