Availability: Out of Stock

Il-Furban Malti El Sakr u L-Assedju tal-1551

SKU: 9789995738495

12.00

Out of stock

Category: Tag:

Description

Il-ġrajja tal-assedju ta’ Malta u Għawdex li seħħ f’Lulju tas-sena 1551 hija mżewqa b’xi elementi strambi. Eluf ta’ gwerrieri gwappi Torok flimkien ma’ mijiet ta’ pirati ħorox ta’ Barberija ġew jeħduha kontra gżiritna. Magħhom kien imdaħħal il-qalil kursar Dragut, magħruf fl-Ewropa kollha bħala t-terrur tal-Insara. Suleyman kien għadu kif laħħqu kapudan, jiġifieri ammirali tal-imriekeb kollha tal-kursara ta’ Barberija. Huwa u jagħtih dan l-unur, L-Imperatur Tork għamilhielu ċara li riedu jfittex jeħilsu darba għal dejjem mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San ċ wann kemm mill-gżejjer Maltin kif ukoll minn Tripli fil-Libja.

Huma u ġejjin Malta dawn il-ġellieda Saraċini b’kuraġġ u b’ardir sfaċċat attakkaw u ħarqu għalkollox il-port ta’ Messina. Issoktaw isalpaw lejn Malta u ħebbew għaliha. Iżda, ħaġa tal-iskantament, dan l-assedju ntemm ħabta u sabta wara ftit jiem biss. Din l-irtirata kienet ta’ għajb għall-eżerċiti Saraċini u għall-pirati ta’ Barberija. Lanqas ħaqq l-istrapazz biex dawk l-eluf ta’ ġellieda ġew hawn u ġarrew magħhom għodod tqal ta’ gwerra, bhejjem u proviżjonijiet ta’ ikel u xorb!

Imbagħad, x’kien dak l-isparar ta’ kanun f’San Pawl il-Baħar? U, għala Dragut mar jeħodha waħdu waħdu kontra L-Għawdxin?

F’dan it-tieni r-rumanz dwar il-ġrajjiet tal-furban Malti El Sakr noffri soluzzjoni għall-misteri li l-brimba tas-snin sawret f’għanqbuta mħabbla għall-aħħar. L-avventuri ma jonqsux, waqt li El Sakr jittituba fih innifsu bejn il-ġibda lejn sħabu l-pirati u dik lejn ħutu l-Maltin u l-Għawdxin, bejn l-imħabba għal pajjiżu u l-mibegħda għall-kavallieri.

Additional information

Category Category:
Tag Tag:
Weight 470.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Furban Malti El Sakr u L-Assedju tal-1551”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…