Availability: Out of Stock

Il-Bambinu – Għana u Poeżija

Author: Mikiel Abela
SKU: BAMBINU

5.00

Out of stock

Description

Mikiel Abela Il-Bambinu twieled l-għada tal-Festa ta’ Santa Marija, fis-16 t’Awwissu, 1920, fiż-Żejtun. Huwa trabba u għex fir-razzett ta’ missieru li jinsab bejn il-Qajjenza u Marsaxlokk.

Il-Bambinu huwa bin il-bdiewa u għex fir-raba’ u mal-bhejjem li huwa tant iħobb. Huwa miżżewweġ u kellu ħamest itfal. Martu kienet mietet ftit tas-snin ilu u lilha kien għamel għanja sabuħa ħafna jisimha “Il-Firda Eterna”.

Il-Bambinu ħadem f’ħafna xogħlijiet u kellu diversi negozji li ġiebuh f’kuntatt ma’ niex ta’ kull xorta. Huwa kien ukoll gwardjan fid-‘Dockyard Police Force’. Kien emigra lejn l-Awstralja fejn qagħad madwar sena. Huwa kellu wkoll u kien imexxi lukanda, il-Kavlarizza. Illum, huwa jgħid li huwa sinjur pensjonant.

Imma fuq kollox, Il-Bambinu huwa għannej, wieħed mill-iprem għannejja li kellna f’Malta mill-gwerra ‘l hawn. Huwa ferraħ u ta pjaċir u ħafna drabi mess il-qalb tal-kotra ta’ nies li kienu jmorru biex jisimgħuh jgħanni. Huwa għanna għana spirtu pront, għana tal-fatt u għana politiku li fih ġabar il-ġrajjiet politiċi ta’ pajjiżna tal-aħħar 45 sena.

Il-Bambinu kien jieħu sehem fil-konkorsi tal-għana li kienu jsiru l-Buskett lejlet l-Imnarja u kien ippremjat diversi drabi. Huwa mar jgħanni wkoll fil-Festival folkloristiku ta’ Agrigento fi Sqallija, għanna lill-emigranti Maltin fl-Awstralja u fil-Kanada u għanna wkoll f’Londra, il-Ġermanja, Milan u fil-Libja.

Additional information

Category , ,
Tag
Weight 230 kg
Dimensions 21 × 14.5 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Bambinu – Għana u Poeżija”

Your email address will not be published. Required fields are marked *