Description
Il-Bambini għandhom jibqgħu jfakkruna li għandna nibqgħu nżommu t-tifsira vera tal-Milied, li hija t-twelid tat-tifel bin Alla, li kellu jifdi d-dinja – jiġifieri hemm il-vjaġġ mill-għar sas-salib. Max-xbieha ta’ Bambin hemm marbutin l-umiltà , il-faqar, u l-ġustizzja għal kulħadd għax it-tħabbira tat-twelid ingħatat lir-ragħajja (bħala n-nies il-baxxi) u lill-Maġi (bħala slaten). U dawn il-kwalitajiet joħorġu jiddu bħala parti mill-ħsieb li huma elementi li xorta jafu jwassluna għall-kobor fl-umanità tagħna. Hekk il-Bambin huwa kenn għan-Nisrani, għani jew baxx, hu min hu, ġej mnejn hu ġej. Għax il-Bambin jidentifika ruħu ma’ kulħadd.































Reviews
There are no reviews yet.