Availability: In Stock

Għoljet il-Qasab

Author: Yin Jian Ling
SKU: 9789995796709

15.00

Category:

Description

Traduzzjoni miċ-Ċiniż għall-Malti

Għoljet il-Qasab huwa rumanz għaż-żgħażagħ u mhux-daqshekk żgħażagħ li kienet ħarġet l-awtriċi Ċiniża minn Shanghai, Yin Jian Ling fl-2016. It-titlu huwa isem ta’ kulleġġ immexxi minn patrijiet fl-ewwel snin tas-seklu 20 fil-Lvant taċ-Ċina, li t-tifsira tiegħu hija L-Għolja tal-Qasab (il-forma mqassra – Għoljet il-Qasab). L-isem biċ-Ċiniż huwa “Ye Mang Po”, li tfisser “L-Għolja fejn jikber il-Qasab Selvaġġ”.

Il-ġrajja tal-ktieb iddur madwar tifel Ċiniż, You An, li jitlef lil ommu waqt il-ħlas, u missieru u l-mara l-ġdida tiegħu, ma jittrattawhx tajjeb. Il-mara, b’mod partikolari, issawtu u taħqru tant li t-tifel jaħrab mid-dar u jispiċċa f’orfanotrofju mmexxi mis-sorijiet. Żmien wara joħduh fil-kulleġġ ta’ Għoljet il-Qasab fejn jibda jinteressa ruħu fil-pittura u fl-iskultura …

‍Hawnhekk jinduna li l-ħajja hija vjaġġ li fih il-bniedem jimxi minn post għall-ieħor, jiltaqa’ ma’ karattri u kulturi differenti … imma fuq kollox jiskopri wkoll l-potenzjal u l-kapaċitajiet moħbija ġo fih. Tispikka t-tema tal-arti Ċiniża u kif din hija differenti f’bosta aspetti minn dik tal-Punent.

‍Jirmexxielu You An isib u jiżviluppa t-talent artistiku tiegħu matul il-vjaġġ tiegħu, minkejja l-isfidi u d-diffikultajiet kollha li jitaqa’ magħhom?

Maqlub għall-Malti minn Stephen Cachia

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 330 kg
Dimensions 21.2 × 13.5 cm
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Għoljet il-Qasab”

Your email address will not be published. Required fields are marked *