Availability: Out of Stock

Fid-Dell tal-Mantell Iswed

SKU: 9789995782023

12.00

Out of stock

Description

Tifel mitluf, tfajla b’destin u Imperu fil-periklu!

Fid-Dell tal-Mantell Iswed huwa ktieb li jdaħħal il-qarrej ġo dinja ta’ maġija u avventura. Niltaqgħu ma’ Wulfgar, żagħżugħ ta’ erbatax-il sena li jitlaq mill-gżira żgħira tiegħu biex jingħaqad mal-armata tal-Imperu Sarilew, u Undine, maga fuq ruħha mħarrġa fis-seħer minn kreaturi mistiċi moħbijin minn kull għajn.

Il-ġrajja teħodna f’ambjent medjevali, f’dinja ta’ fantasija fejn il-ġlied bix-xwabel u kreaturi strambi ma jonqsux. Għalkemm hija dinja pjuttost remota minn dik li ngħixu fiha llum, il-kilba għall-poter u l-ambizzjoni jibqgħu dawk li nafu tant tajjeb. Il-pjanijiet malizzjużi ta’ tirann iwasslu għal ħruxija, ingann u nkwiet għal ħafna.

Bla ma jafu kif, Wulfgar u Undine sabu ruħhom f’nofs battalja kbira għat-tron. Iż-żewġ eroj jagħtu sehemhom f’taqtiha kontra armata ta’ vagabondi qarrieqa, saħħar malinn ta’ qawwiet kbar u mostri feroċi li b’qilla u mibegħda jagħmlu ħerba minn kull min jipprova jfixkel il-pjanijiet tagħhom.

Additional information

Category Category:
Tag ,
Weight 430.0000 kg
Dimensions 21 × 15 cm
Publisher

Book Author

Cover

Year of publication

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Fid-Dell tal-Mantell Iswed”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…