Description

Il-qligħ kollu ta’ dan il-ktieb se jmur biex jinxtraw għadd ta’ kotba u riżorsi għat-tagħlim tal-Malti, li se ngħadduhom lill-Paediatric Adolescent Unit (PAU) ġewwa l-isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo,  għall-klassi li għandhom fl-istess sala.

Djamantini huwa antoloġija li fiha se ssibu tiżwiqa sabiħa ta’ ġeneri ta’ kitbiet differenti fosthom stejjer, poeżiji u kanzunetti, ilkoll miktubin minn studenti ta’ etajiet, livelli u nazzjonalitajiet varji. Se ssibu wkoll 23 kitba oriġinali li awturi, kantawturi u personalitajiet sinonimi mal-lingwa u l-letteratura Maltija kitbu speċifikament għal din l-antoloġija. Flimkien ma’ dawn il-kitbiet hemm festa ta’ tpinġijiet minn erba’ illustraturi. Partikolarità oħra għal min iħobb l-ilsien Malti hija li qabel il-kitbiet tal-personalitajiet, hemm 23 pittura mpinġija mill-artista Caroline Said Lawrence skont dak li għal dawn il-personalitajiet tfisser il-lingwa Maltija. B’hekk f’dan il-ktieb il-lingwa Maltija mhux biss qed tiġi rrappreżentata f’ġeneri ta’ kitba minn individwi differenti imma wkoll f’pitturi mill-isbaħ. 

Djamantini huwa ktieb li permezz tiegħu se nterrqu fuq vjaġġ mill-isbaħ fejn il-metafori, it-tifsir, il-kliem, l-emozzjonijiet u l-lingwa jitħalltu mal-kuluri, mal-interpretazzjoni u mal-ħsieb. Fużjoni mill-isbaħ ta’ dak li tfisser għalina l-lingwa Maltija.

Additional information

Category Category:
Tag , , ,
Weight 940.0000 kg
Dimensions 24.5 × 17.5 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Djamantini”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…