Availability: In Stock

Dedika

SKU: 9789918260102

12.00

1 in stock

Category:

Description

Il-protagonisti ta’ dawn in-novelli jistgħu jkunu int, jien, xi wħud li nafu u oħrajn li ma nafux. Imħabba, libertà, diżappunt, weġgħat, ferħ, gratitudni, għira u tama kollha huma emozzjonijiet illi se niltaqgħu magħhom f’dawn l-istejjer u li se jżommuna mwaħħlin magħhom sakemm naslu fit-tmiem, tmiem li mhux bilfors ikun kif nixtiequ aħna. Hemm stejjer li se jħalluna nistaqsu ħafna mistoqsijiet u mhux dejjem se nsibu tweġiba għalihom. Eżatt bħall-ħajja ta’ kuljum … ħafna drabi jkun diffiċli naslu fejn irridu, jew nieħdu dak li jistħoqqilna. Missier li qiegħed jgħix bit-tama li jfiq, imur flimkien ma’ bintu jisma’ dik li kellha tkun l-aħħar Antifona li sema’ … Leonard jagħmel għażla li xejn mhi faċli … Catherine għadha tistenna lill-għarus sakemm darba ntebħet b’xi ħaġa … Sajika taħrab minn pajjiżha bit-tama li ssib l-art ħanina … mara tibqa’ tittama li l-linja blu xi darba se tibdlilha ħajjitha … Greta tqabbel ħajjitha ma’ dik ta’ wirdiena għajjiena li kellha mas-sink tal-kċina … Freda ma temminx illi żewġha jasal li jaqlibhielha mal-akbar ħabiba tagħha … Adelina tagħti l-vjolin tagħha lil tifel fqir li ma kellu lil ħadd … u James, maniġer ta’ stamperija, joffri promozzjoni lil waħda mit-tfajliet tal-uffiċċju.

Kull storja hija interessanti u f’kull storja, il-protagonist jixtieq jasal xi mkien!

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 120 kg
Dimensions 20.5 × 12.5 cm
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Dedika”

Your email address will not be published. Required fields are marked *