Description
It-tilwim bejn Wiġi u Katrin kien bħan-nar tat-tiben, jieħu malajr iżda ma jdumx jaqbad. Filli qed jitlewmu, filli tismagħhom jitħaddtu dwar xi ħaġa oħra li ma jkollha x’taqsam xejn ma’ dak li ftit qabel kienu qed jargumentaw dwaru. ċ¦afna mit-tilwim tagħhom kien ġej mill-fatt li billi Wiġi kien dam żmien twil imsiefer, it-tnejn kienu draw sistema differenti u meta bdew jgħixu kuljum flimkien taħt saqaf wieħed, ma bdewx jaqblu f’ħafna hwejjeġ. ċ¦ajjithom kienet sempliċi u, għalkemm kienu neqsin mill-flus żejda, dejjem kielu sa ma xebgħu u fejn setgħu qatt ma qagħdu neqsin minn xejn. Iżda jekk huma kienu neqsin mill-flus żejda, mill-praspar żgur li ma kinux għax dawn kienu jfaqqsu waħda waħda tista’ tgħid kuljum.































Reviews
There are no reviews yet.