Availability: Out of Stock

Ċirillu jew Il-Vendetta tas-Saħħar

Author: Emilio Lombardi
SKU: 9789990903492

6.95

Out of stock

Category: Tag:

Description

L-istorja ta’ Ċirillu teħodna fi żminijiet il-Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann għalkemm ma jissemma l-ebda kavallier. Ċirillu ma kienx is-saħħar f’dan ir-rakkont. Fil-fatt, Ċirillu kien nutar li jħalli lil Kalanġ imlaqqam il-Kattiv, li jinqeda bih biex jagħmel vendetta minn fuq familja Maltija.

Leo, iben il-baruni ĠannBattista Ingwanez, jiġi ngannat minn tradiment li jagħmel Ċirillu. Salvinu, ħu l-istess baruni, jiġi ttradut minn Kalanġ u jiġi akkużat b’delitt li ma jkunx għamel. Erminja, mart Salvinu, u Ester mart Leo, it-tnejn isofru wisq minħabba t-tradimenti ta’ Kalanġ u Ċirillu. Min kien is-saħħar li jissemma f’dan ir-rakkont?

Din l-edizzjoni tinkludi wkoll “Profil ta’ Emilio Lombardi, Ħajtu u Ħidmietu”, kif ukoll lista komplessa tal-kotba kollha miktubin minnu bejn l-1896 u l-1950.

Il-kittieb tal-profil ta’ emilio Lombardi huwa n-neputi tiegħu, Salvinu Lombardi. Salvinu huwa wkoll l-editur tas-sensiela ta’ kotba ta’ Emilio Lombardi li l-PEG qiegħda terġa’ tippubblika. Hija x-xewqa ta’ Salvinu Lombardi li jippubblika mill-ġdid, l-aktar għadd possibli, mill-kotba ta’ nannuh bħala tifkira ta’ dan il-kittieb prolifiku tar-rumanzi bil-Malti.

Additional information

Category Category:
Tag Tag:
Weight 226.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Book Author

Cover

Year of publication

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Ċirillu jew Il-Vendetta tas-Saħħar”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…