Description
ċinu hu ġurdien tal-imramma li jgħix ma’ ommu f’toqba fi skola primarja. Hu jara ħafna avventuri u praspar li jgħaddu minnhom it-tfal li jattendu dik l-iskola.
Imma lil ċinu ħadd ma jarah? U jekk jarawh jirnexxielhom jaqbduh? Aqraw minn xiex jgħaddi ċinu waqt ir-reċta tal-Milied li jkunu qed jagħmlu t-tfal jew meta t-tim tal-futbol tal-iskola jkun sejjer jilgħab logħba kontra tim ta’ skola oħra.
Insomma tfal. F’idejkom għandkom ktieb mimli avventuri li forsi min jaf . . . xi wħud minnhom għextuhom intom stess jew għaddew minnhom il-ħbieb tagħkom.











Reviews
There are no reviews yet.