Availability: Out of Stock

Charles Clews (1919-2009)

SKU: 9789993274124

8.00

Out of stock

Description

“Għalkemm il-kontribut tal-umorista Charles Clews ma jistax jitqies bħala letterarju fis-sens strett tal-kelma, m’hemmx dubju li xogħlu ‘€“ bħal dak tat-tijatrin popolari,
tal-għana u tal-kanzunetta ‘€“ huwa waħda mill-ħoloq li jorbtu flimkien iż-żewġ livelli, il-popolari u l-letterarju. Huwa għen biex jagħti sura lill-ilsien Malti fil-qasam talumoriżmu,
itellgħu fuq il-palk u jkeċċi minn fostna l-idea li l-Malti tajjeb biss għal ġol-kċina”

Prof. Manwel Mifsud

Il-biografija ta’ Charles Clews (1919-2009), kittieb u attur komiku tant maħbub.

“Charlie” Clews, kif kien magħruf aħjar, twieled l-Isla fis-27 ta’ Settembru 1919 u kien wieħed mill-ewwel vuċijiet li nstemgħu fuq is-sistema tar-Redifussion. Fl-1996 kien ingħata ġieh bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, filwaqt li fl-1998 ingħata Premju għall-karriera komika tieħu lill-pajjiż.

Qabel beda l-karriera fil-media, Clews kien jaħdem fit-Tarzna ta’ Malta, minfejn telaq biex jibda karriera fil-ġurnaliżmu.

Charles Clews iżżewweġ lil Anne fl-1943, u kellu tmint itfal. Fl-1945 kien membru tal-kumpanija komika The Stage Commandos u anke parti essenzjali minn Radju Muskettieri. Fl-istejjer tiegħu kien jieħu gost jinkludi lill-kunjata, impinġija bħala ‘mostru’, għalkemm kien jiddikjara li fil-verita’ kienet ‘anġlu’.

Iżda probabbli l-akbar suċċess ta’ Clews kienet is-soap opera “It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla”, li għal sentejn sħaħ inżammet fit-Teatru Radio City, u wara kważi daret is-swali kollha ta’ Malta u Għawdex bl-interpretazzjoni ta’ Nosi’ Ghirlando.

Clews kien igawdi wkoll popolarita’ fl-Awstralja, fejn kien mistieden darbtejn mill-Maltin tal-Awstralja. Aktar riċenti, kien jikteb kontribuzzjonijiet komiċi f’ġurnali lokali.

Bogħod mill-komiċità , fis-snin ħamsin hu serva għal tliet snin bħala ċermen tal-Bord taċ-ċŠensura għall-Palk u l-Films. Fl-1964 huwa ngħaqad mal-Union Press bħala ġurnalist u beda jikteb il-kolonna tiegħu “X’kont se ngħid”, li baqgħet regolari sa ftit qabel daħal l-isptar fl-2008. Huwa miet fid-29 ta’ Jannar 2009.

Clews jibqà  magħruf bħala ‘€œIr-raġel tat-tbissima’€, li kellu ħila unika li jnissel tbissima fil-poplu għal snin kontinwi bla ma qatt weġġa’ biċ-ċajt tiegħu.

Additional information

Category ,
Tag
Weight 165.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Book Author

Cover

Year of publication

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Charles Clews (1919-2009)”

Your email address will not be published. Required fields are marked *