Description
“Dan huwa ktieb li għandu jservi ta’ gwida għal kull politiku ġenwin, kull Nisrani prattikanti, kull ċittadin ġentlom u kull min jaspira għal ħajja edifikanti.”
“Bizzilla fl-Injam”
Leħen l-Għaqda Dilettanti tal-Arkett
Numru 57: Diċembru – Marzu 2012
“F’din il-ġabra ta’ studju, il-Kavallier Giordimaina rega’ wera kemm ma jibżax juri l-opinjoni tiegħu quddiem kullħadd … dejjem bil-ħsieb li jgħallem lill-injorant u jiftaħ l-eluf ta’ mħuh magħluqa li għandhom jirrenjaw f’dan il-pajjiż.”
Il-Fuljett tal-Għaqda Dilettanti tan-Nar
Ħarġa tal-Festa – 2012
“Għażiż Kavallier, minn qalbi nifraħlek għal din l-opra ġdida tiegħek. Jalla dal-ktieb jixtered ma’ pajjiżna kollu, jidħol ġo kull dar u forsi xi darba jsib postu fis-sillabi tal-iskejjel tagħna.”
Ittra mingħand persuna mill-aktar rispettabbli, li ma tixtieqx ixxandar isimha .
“il-pajjiż kollu jinsab imkexkex, mistagħġeb u diżorjentat… għax ma jistax iniżżilha kif il-ktieb-ġawhra tal-magħruf Kavallier John Giordimaina O.S.C.I. ingħata l-ġenb u twarrab ghalkollox mill-ġurija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. Tassew li kif dejjem jgħid il-Kavallier: ebda profeta mhu rikonoxxut f’pajjiżu.”
Kumment minn “Skantat imnixxef” – Facebook – 3.01.13































Reviews
There are no reviews yet.