Description
Ix-xita t’għada tneżżgħek minn kull passjoni
u l-għasafar jitħajru jerġgħu lura
jaqbżu minn binarju
għal ieħor.
‘Dan il-ktieb huwa eleġija għall-assenza nfisha — forsi dil-poeżija hija diskursata ma’ ħajja li, hi u titlef tifsiritha, issir vjaġġ li d-destin aħħari tiegħu għadu, kif jistqarr Portelli, identità mistura. Jew forsi vers maqtugħ ħesrem. Jew inkella l-metamorfosi tal- vuċi poetika nfisha.’ – Norbert Bugeja













Reviews
There are no reviews yet.