Availability: Out of Stock

Anastasia

SKU: 9789995738211

10.00

Out of stock

Category:

Description

Għajn Rambi, raħal maqtugħ għalih waħdu, mogħni bi drawwiet strambi, magħġuna mir-Rambin stess.

Fis-satra tal-lejl, Brendan jiltaqa’ ma’ tfajla, u jieħu grazzja magħha. Qatt ma seta’ jobsor f’elf sena l-ġejjieni qarib x’kellu lest għalih.

Il-kobba titħabbel bil-bosta meta jsir jaf bil-qawwa ġdida u b’saħħitha li jħaddan. Bi ħlejjaq li qatt ma ħolom li jeżistu.

ċ¦ajtu ma tibqax l-istess.

Min hi din it-tfajla li hu ntilef għalkollox warajha?

X’sigrieti qiegħda tostor?

U min huma dawk il-ħlejjaq ?

Teżisti xi dinja oħra li tagħha ma għandniex iċ-ċwievet????

Fuq l-awtur

Sa mid-dehra tiegħu bil-ktieb Sena mill-ħajja mistura ta’ Daniel Tusa fl-2004, xogħol li jimxi tajjeb ħafna bejn il-finzjoni u l-memorja, Edgar Formosa wera li hu wieħed mill-aħjar narraturi Maltin tal-ġenerazzjoni tiegħu. Anastasia jseddaq u jsaħħaħ fil-wisa’ t-tamiet imħabbra fl-ewwel xogħol… … …

Il-ħakma sħiħa tal-lingwa tħalli lill-awtur iterraq bil-kumdità  kollha fejn irid u fil-waqtiet strateġiċi li jagħżel huwa u miexi fl-istorja. Din ukoll hi xejra li tagħti valur partikolari lil Edgar Formosa fil-kwadru tan-narrattiva Maltija ta’ żmienu.

Oliver Friggieri

bi drawwiet strambi. Brenden jiltaqa’ ma tfajla. Qatt ma seta’ jobsor x’kien hemm lest għalih. Min hi din it-tfajla li hu ntilef għalkollox warajha? X’sigrieti qegħda tostor?

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 410.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Anastasia”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…