Availability: In Stock

altMa

SKU: 9789918202294

13.00

Category:

Description

Il-vuċi rqiqa reġgħet dwiet mal-ħitan tas-sala. “Ma nafx fhimtx tajjeb… jiġifieri biex inkunu tassew dak li aħna, irridu ninqatgħu mill-għeruq tagħna stess?” staqsiet b’dak il-ħjiel ta’ eċitament li issa kienet drat.

Ammiratha. Għad tkun ġurnalista tajba, ħasbet. “Biex inkunu innovattivi, iva, irridu nitqaċċtu mill-passat, inkella nibqgħu ngħixu fl-għanqbut u…”

“Imma l-passat mhux dak li jagħmilna?” waqqfitha did-darba b’inqas eżitazzjoni f’leħinha. “Jekk niċħdu l-passat ma nkunux qed niċħdu lilna nfusna wkoll?”

Sal-laqgħa ma’ Yusif, Altma kienet il-ġurnalista medjokri tal-aħħar fillieri u tal-artikli li ħadd ma jrid jaqra. Hu kien bidilha. Qaċċatha mill-imgħoddi u fi ftit żmien sabet ruħha fil-quċċata tal-professjoni, l-għira tal-kollegi u mfittxija minn kulħadd.

Iżda kollox għandu prezz.

Bħal pajjiżha, Altma tinsab f’salib it-toroq bejn imgħoddi kolonjali u preżent imċajpar, mistur wara maskra tlellex…

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 370 kg
Dimensions 20 × 13 cm
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “altMa”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…