Availability: Out of Stock

AGON

Author: Lino Bugeja
SKU: 9789995705657

15.00

Out of stock

Category:

Description

Agon: ċ abra ta’ Studji dwar l-Isport matul iż-żmien, miż-żerniq tal-istorja sal-epoka moderna meta l-isport sar fenomenu li nxtered mal-erbat irjieħ tad-dinja.  Dawn l-istudji jiffukaw fuq l-aspetti storiċi, kulturali, soċjali, spiritwali, edukattivi u fiżiċi tal-isport.

Se naraw l-iskoperti intellettwali tar-Rinaxximent u Å»mien il-ċ¦assieba, sakemm naslu saż-żminijiet tal-lum, meta l-isport sar fenomenu globali u meqjus mill-UNESCO bħala dritt fundamentali tal-bniedem.  Jidher ċar li fi żmienna l-isport ma għadux xi privileġġ, imma aspettattiva tal-umanità  kollha.

Il-kelma Griega AGON minn dejjem kellha seħer għalija, mhux biss għax il-Logħob Olimpiku Antik kien jissejjaħ agones Olimpikoi, iżda l-aktar għax f’din il-kelma nsibu l-essenza tat-taqbida tal-bniedem matul il-ħajja.  L-ilsien Malti wkoll jurina l-qawwa ta’ din il-kelma għax meta aħna nbatu biex nilħqu l-għan tagħna ngħidu “rajna agunija”.  It-Taljani jsejħu logħba kompetittiva bħala avvenimento agonistico.  Huwa l-agon drive li jimbuttana biex saħansitra fl-għabex ta’ ħajjitna nissieltu sal-aħħar, nibqgħu avventurużi, ma nibżgħux mit-taqtigħa, u bħal Ulisse fil-mitoloġija Griega ma nħallux iż-żmien jaħkimna.

“Il-mod kif sejjes l-istorja tal-Moviment Olimpiku Internazzjonali, miġbura mill-esperjenza vasta personali tiegħu, kif ukoll ir-rakkonti ta’ episodji sportivi kemm lokali kif ukoll internazzjonali, iħallik attent u bla nifs sal-aħħar.”

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 330.0000 kg
Dimensions 22.5 × 15 cm
Publisher

Book Author

Cover

Year of publication

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “AGON”

Your email address will not be published. Required fields are marked *