Description
L-għan ta’ Il-Laqmijiet Karkariżi fil-Kultura Maltija – Dizzjunarju huwa li jipprovdi briġġ bejn ir-riċerka lingwistika u s-soċjetà Karkariża.
Il-laqmijiet jitolbu lill-qarreja li jipproduċu rappreżentazzjonijiet mental ħa jifhmu lil niesna aħjar: għax il-laqmijiet huma mezz li jwasslu l-esperjenzi ta’ dawk li ġew fi żminijiet oħra u li qegħdin fi żmienna wkoll, u hekk l-esperjenza virtwali tagħna tas-soċjetà li qegħdin fiha tespandi.
Il-laqmijiet joffrulna l-impressjonijiet ta’ x’kienu jħossu u jaħsbu ta’ qabilna f’bosta sitwazzjonijiet u żminijiet differenti.
Il-kultura tal-laqmijiet tixhed xejriet ta’ kooperazzjoni fil-perċezzjoni ta’ soċjetà. Għaldaqstant, l-istudju tal-laqmijiet jitlob approwċ interdixxiplinarju għax jinvolvi suġġetti bħal: l-istorja, is-soċjoloġija, il-psikoloġija, u l-lingwistika.
Dawn id-dixxiplini flimkien jagħmlu aktar progress fir-riċerka. Hawnhekk, il-Professur Charles Briffa l-aktar li offra hija analiżi lingwistika; imma jifhem li ħaddieħor (minn oqsma oħra) jista’ jibni fuqha. Din hija l-filosofija ewlenija (imma moħbija) wara dan il-volum.















Reviews
There are no reviews yet.