Availability: In Stock

Ir-Raġel b’Żewgt Uċuħ u stejjer oħra

SKU: 9789995775827

12.00

3 in stock

Category:

Description

Ir-Raġel taż-Żewġt Uċuħ hi waħda mill-istejjer li nsibu f’din il-ġabra ta’ novelli ta’ Joseph Serracino. Huma stejjer minsuġin mit-tiġrib tal-ħajja. Il-protagonisti tagħhom huma bnedmin tad-demm u l-laħam bħalna li sfortunatament matul ħajjithom għaddew minn sitwazzjonjiet diffiċli u iebsa ħafna, u li ħallew warajhom niket, qtigħ il-qalb, inkwiet, solitudni u weġgħat oħra li weħlu mal-moħħ u nikktu l-qalb. Stejjer oħra f’din il-ġabra li jressquna biex nifhmu aħjar il-kobor u l-qawwa tal-imħabba, is-sens tas-sagrifiċċju, il-valur tal-ħniena, il-mogħdrija u l-paċi li ġġib magħha l-maħfra huma: L-Għelm tal-Ħajja, Vittma ta’ Mħabba, Ir-Raġel Misterjuż, Il-Vuċi li Dwiet mill-Ġdid u oħrajn.

“Xi wħud min-negozjanti kienu jgħiru għalih għax kienu jarawh bniedem kapaċi u determinat ħafna, waqt li oħrajn kienu jsostnu li kellu ħafna ħbieb fil-poter u li kien ixaħħamhom biex jakkwista dak li jrid. Iżda Dino, li kien jaf bl-għajdut li kien qed jingħad fuqu, ma tax kashom. Kellu ħsibijiet oħra f’moħħu. Jum fost l-oħrajn huwa ddeċieda li ma jkomplix jespandi fl-industrija tal-azzar jew inkella jfixkel in-negozji tal-kompetituri tiegħu. Issa moħħu kien qed jhewden fuq negozju akbar li kien kapaċi jrendi qligħ aktar minn dak tal-azzar…”

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 180 kg
Dimensions 20 × 13 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Ir-Raġel b’Żewgt Uċuħ u stejjer oħra”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…