Description
Waqt vganza fi Sqallija Lino u martu, Rita, iqattgħu ftit jiem mal-familja ta’ Guido. Dan l-Isqalli jkabbar id-dwieli f’xaqliba ta’ L-Etna magħrufa bħala Linguaglossa, u wara jagħsar l-għenieqed tal-għeneb ħalli jipproduċi nbejjed tajbin, li minnhom Lino stess jimporta u jbiegħ fis-supermarkit tiegħu.
Sfortunatament, il-Mafja, warnita mostruża, tifrex is-swaba’ qerrieda tagħha fost Guido u l-familjari tiegħu. Rital wkoll tinqabad vittma. Irrabjat għall-aħħar, Lino jingħaqad ma’ Raffaelle, wieħed mill-familjari ta’ Guido sabiex flimkien jippruvaw ipattuha lill-imxajtna Mafjużi. L-avventuri ma jonqsux u jaslu fl-aqwa tagħhom mhux biss meta l-Etna titmasħan u tiżbroffa, iżda f’Malta wkoll fl-inħawi ta’ Wied il-Għajn.
Dan ir-rumanz jirkaċċa l-ambjent storiku u sċjali Sqalli fi sfond romantiku u avventuruż. Fir-rumanz jimirhu diversi karattri li ħajjithom hi marbuta mal-vulkan l-aktar attiv fl-Ewropa. L-Etna hija enigma ta’ kuntrast kbir għalkemm naturali: muntanja għammiela b’għelejjel abbundanti u fl-istess waqt munġbell imgħaddab li jnixxi abbandun u għali.































Reviews
There are no reviews yet.