Availability: Out of Stock

Mejt – Dimensjoni ġdida fil-biża’

Author: Anton Grasso
SKU: 9789995738488

10.00

Out of stock

Description

M’hemm ebda ħelsien minn dan il-waħx ġdid tal-għoxrin seklu. Hemm xi ħaġa fl-arja – stramba u tal-biża’. Ma tidhirx iżda jidher l-effett tagħha fuq il-bniedem – moħħ il-bniedem. Tibda minn tifel ta’ sitt snin li joqtol il-kelb u tinfirex bħal sħaba mniġġsa fuq il-belt kollha, thedded ‘il-bniedem, tibdlu f’annimal mostruż b’kilba mġewħa li joqtol. Fi ftit jiem titqanqal katastrofi. Tispiċċa l-imħabba, il-mogħdrija, is-sigurtà . Il-bniedem jinża’ kull sentiment. M’hemmx aktar missirijiet, ommijiet u wlied, ħbieb jew ġirien. Hemm biss bhejjem waħxija jfittxu l-uniku sodisfazzjon f’tiġwiħ id-delitt. Is-sintomu ta’ din il-marda ġdida hu l-mejt…

Għal darb’oħra Anton Grasso jippreżentalna għażla ta’ stejjer fejn il-biża’ jidher f’suriet differenti. Ilaqqagħna ma’ karattri bħall-bniedem tat-triq, li nafuh u nkellmuh. Idaħħalna f’emozzjonijiet imċarrta bejn it-tajjeb u l-ħażin, bejn dak li nixtiequ u dak li tassew għandna nagħmlu. Iressaqna qrib realtà  mkefna fi ħtijiet id-delitt ta’ bnedmin li jippreferu l-mewt minn ħajja bla mħabba, ta’ innoċenza fgata fil-mewt li tibqa’ tfittex il-vendetta. Magħġuna f’dawn l-istejjer hemm il biża’ tradizzjonali mħallat mal-modern fi ġlieda bejn l-imħabba, l-għira u l-mibegħda f’kuntrast bejn iż-żewġ universi l-aktar qrib u l-aktar imbiegħda: Alla u x-Xitan.

Additional information

Category Category:
Tag ,
Weight 230.0000 kg
Dimensions 20.0 × 13.5 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Note

Edizzjoni riveduta tat-tnax-il volum ta' stejjer u d-dsatax-il ktieb ta' Anton Grasso, immirata għall-qarrejja li jagħżlu lil Grasso bħala l-awtur favorit tagħhom

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Mejt – Dimensjoni ġdida fil-biża’”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…