Availability: In Stock

Rakkonti Inkontri

SKU: 9789995738259

10.00

2 in stock

Category:

Description

  • Jista’ bieb iżaqżaq jitfa’ seħer fuq dar ġdida tant li jseħħu fiha erba’ sekli ta’ taqlib?
  • Qatt kont taf bniedem li jisfida l-Istabbiliment biex iħares siġra li jkun rabat qalbu magħha?
  • Xi jħoss iċ-ċkejken Paco meta jilmaħ f’nofs l-arena t-toro bravo li kien trabba fl-għelieqi ta’ missieru?
  • Teżisti rabta bejn il-moħħ tal-individwu u l-moħħ kollettiv tal-umanità ?
  • X’jista’ jinqala’ ħesrem fl-eqqel ta’ skappatura sesswali f’bajja mwarrba Għawdxija?

F’din il-ġabra ta’ novelli u kwadri mill-ħajja niltaqgħu wkoll maċ-ċkejkna Gracie ta’ xagħarha aħmar; mat-taħrik spiritwali ta’ bniedem li jkun tilef il-fidi; maz-ziju brijuż tal-Amerka li sfida l-ħajja b’sensiela bawxati; mal-artist ossessjonat li l-ġenju tiegħu se jwasslu għas-sejba tal-verità  totali; max-xwejjaħ solitarju li r-ritmu monotonu ta’ ħajtu jixbaħ id-dawrien ta’ żveljarin; mal-benestant li ma jagħrafx isarraf f’azzjoni dak li jaqra b’tant ħerqa; mal-votant diżilluż li f’jum l-elezzjoni jiddeċiedi jagħmel waħda minn tiegħu…

Victor Fenech, magħruf l-aktar bħala poeta tal-protesta, minn dejjem kien miġbud lejn il-forma letterarja tan-novella.  F’din il-ġabra huwa jidher jgħarrex attitudnijiet soċjali u kuxjenzjali f’għadd ta’ karattri li ma jixxiebhu xejn, imma li lkoll flimkien joħolqu taħlita omoġenja ta’ dinja buffa li hi tagħna lkoll.  Kellu raġun min kiteb li d-dinja sħiħa hija palk u l-bnedmin kollha ta’ ġo fiha sempliċiment atturi?

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 230.0000 kg
Dimensions 21.0 × 15.0 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Rakkonti Inkontri”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…