Description
Għajn Rambi, raħal maqtugħ għalih waħdu, mogħni bi drawwiet strambi, magħġuna mir-Rambin stess.
Fis-satra tal-lejl, Brendan jiltaqa’ ma’ tfajla, u jieħu grazzja magħha. Qatt ma seta’ jobsor f’elf sena l-ġejjieni qarib x’kellu lest għalih.
Il-kobba titħabbel bil-bosta meta jsir jaf bil-qawwa ġdida u b’saħħitha li jħaddan. Bi ħlejjaq li qatt ma ħolom li jeżistu.
ċ¦ajtu ma tibqax l-istess.
Min hi din it-tfajla li hu ntilef għalkollox warajha?
X’sigrieti qiegħda tostor?
U min huma dawk il-ħlejjaq ?
Teżisti xi dinja oħra li tagħha ma għandniex iċ-ċwievet????
Fuq l-awtur
Sa mid-dehra tiegħu bil-ktieb Sena mill-ħajja mistura ta’ Daniel Tusa fl-2004, xogħol li jimxi tajjeb ħafna bejn il-finzjoni u l-memorja, Edgar Formosa wera li hu wieħed mill-aħjar narraturi Maltin tal-ġenerazzjoni tiegħu. Anastasia jseddaq u jsaħħaħ fil-wisa’ t-tamiet imħabbra fl-ewwel xogħol… … …
Il-ħakma sħiħa tal-lingwa tħalli lill-awtur iterraq bil-kumdità kollha fejn irid u fil-waqtiet strateġiċi li jagħżel huwa u miexi fl-istorja. Din ukoll hi xejra li tagħti valur partikolari lil Edgar Formosa fil-kwadru tan-narrattiva Maltija ta’ żmienu.
Oliver Friggieri
bi drawwiet strambi. Brenden jiltaqa’ ma tfajla. Qatt ma seta’ jobsor x’kien hemm lest għalih. Min hi din it-tfajla li hu ntilef għalkollox warajha? X’sigrieti qegħda tostor?































Reviews
There are no reviews yet.