Description
Ġrajja ta’ Żewġt Ibliet, rumanz klassiku ta’ mħabba u avventura, ta’ tpattija u eroiżmu jeħodna fi vjaġġ bejn Londra u Pariġi fi żminijiet imqallba. Jurina l-inġustizzji li għakksu lill-poplu Franċiż, sakemm splodiet ir-rivoluzzjoni u l-giljottina ħasdet il-ħajja ta’ eluf u eluf ta’ privileġġjati.
Niltaqgħu mat-tabib Manette li ntefà bla ħtija ghal snin twal priġunier fil-Fortizza ta’ Bastilja f’Pariġi … niltaqgħu ma’ bintu Lucie, li f’Londra ssir taf u tiżżewweġ lill-Franċiż Charles Darnay … mal-avukat Sydney Carton li qisu t-tewmi ta’ Darnay, disklu imma jibqa’ jsostni mħabba bla temma lejn Lucie … ma’ Madame Defarge li l-akbar ferħ tagħha ġġarrbu meta tara l-irjus tal-aristokratiċi jinħasdu f’nofs pjazza.
Min kien tassew Charles Darnay? Għaliex Madame Defarge u żewġha jagħmlu minn kollox biex jikkundannawh għall-mewt bil-giljottina? Kif minn disklu, Sydney Carton jispiċċa eroj…
Dan ir-rumanz inqaleb għall-Malti minn Karmenu Vassallo fl-1950. Vassallo, wieħed mill-aqwa kittieba tal-letteratura Maltija, baqa’ fidil mal-oriġinal u b’din it-taduzzjoni wera li kapolavul letterarju bħalma hu A Tale of Two Cities ta’ Charles Dickens jista’ jinkiteb ukoll bl-ilsien Malti.































Reviews
There are no reviews yet.