Availability: In Stock

John F. Kennedy

SKU: 9789995733926

8.00

169 in stock

Categories: ,

Description

L-assassinju tal-President Kennedy kien kexkex id-dinja u qajjem dibattitu li dam sejjer għal ħafna snin.  Biżżejjed wieħed isemmi li kien hemm aktar minn elf pubblikazzjoni dwar dan is-suġġett u ma’ dawn kien hemm ħafna artikli, dokumentarji u intervisti.  Il-parti l-kbira tal-pubblikazzjonijiet kienu dwar il-kontroversji li nħolqu wara li ġie ppubblikat ir-rapport tal-Kummisjoni Warren, l-ewwel kummissjoni li stħarrġet il-każ.

Għalkemm il-kummissjonijiet li studjaw il-każ għamlu l-almu tagħhom biex toħroġ il-verità  kollha, dan ma sarx.  Kien għalhekk li ħafna ġurnalisti u nies oħra ħassew li kellhom jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom.  Kien hemm min faħħar l-isforzi ta’ dawn in-nies, filwaqt li oħrajn maqdruhom.  imma jibqa’ l-fatt li ħafna mill-investigazzjonijiet u riċerki li saru kienu meħtieġa u ħolqu d-dubji.  Biżżejjed jissemma x’qal il-President Lyndon Johnson waqt intervista f’Settembru 1969 meta stqarr li ma kienx assolutament ċert dwar x’qanqal lil Oswald, jew oħrajn li setgħu kienu mdaħħla fil-każ, biex joqtlu lill-President Kennedy.

L-opinjoni pubblika wkoll bdiet tinbidel wara li ħarġet bosta kritika dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Warren.  Wara li ħareġ ir-rapport ta’ din il-kummissjoni, il-maġġoranza tal-poplu Amerikan kienet sodisfatta bil-konklużjonijiet tal-membri ta’ dan il-kumitat.  Eventwalment il-kredibilità  tar-rapport bdiet tonqos u kien għalhekk li l-każ kompla jiġi investigat minn iktar kumitati.

Additional information

Category ,
Tag
Weight 300.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “John F. Kennedy”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…