Description
Traduzzjoni ta’ Emmanuel Portelli
‘Int tfajla żgħira imma wisq romantika – għandek bżonn li toqgħod ferm attenta għaliex, xi darba, sa tweġġa’ ħafna’, wissiet kemm-ildarba Barbara lil Christa. Dan kien veru għaliex Christa, b’mod iddisprat riedet li tkun maħbuba – kellha xewqa kbira li ssir tħobb lil xi ħadd. Iżda meta ż-żewġt iħbieb jivvjaġġaw għal btala ġewwa Franza, it-tnejn li huma jsiru jħobbu lill-istess raġel – Stephen Harrimay; bniedem tassew fabbli, direttur ta’ waħda mill-aqwa ditti tal-profumerija f’Pariġi.
Din l-esperjenza jkollha r-riperkussjonijiet tagħha li jaffettwaw bis-sħiħ l-attitudni taż-żewġt tfajliet għall-mod ta’ kif iħarsu lejn il-ħajja – u lejn l-imħabba.










Reviews
There are no reviews yet.