Availability: In Stock

Amalia – L-Imgħallaq tal-Bosk 5

SKU: 9789995799717

5.00

Description

L-istorja tkompli titħabbel fost ħafna misteri u malizzi…

Il-Kontessa Amalia, mara onesta u ta’ qalb tajba, li kienet marbuta għal għomorha mal-Konti Andrea, u li saret taf li ġiet tant imqarrqa minnu wara ż-żwieġ tagħhom, riedet akkost ta’ kollox issir taf il-verità kollha u tivvendika ruħha minnu għall-ingann tiegħu. Tagħmel minn kollox; tissieħeb ma’ bosta nies oħra; tidħol f’ħafna perikli. Jirnexxilha toħroġ rebbieħa fuq tant ħażen?

U Luciano di Santarosa, l-għarus ta’ Clotilde, l-egħżeż ħabiba ta’ Amalia, jinqabad f’xibka tal-biża’ u jkun miċħud minn bosta. U għaliex ma jridx jistqarr il-verità dwar delitt tant waħxi? X’beda jżommu lura milli jitkellem? Kienu bosta li akkużawh.

Ġemma, il-kompliċi antika tal-Konti Andrea f’delitt infami, is-sabiħa Kontessa Mina Lodroski imfittxija minn kulħadd għall-ġmiel tagħha, li tant riedet tpattiha lil  Konti Andrea u lil martu l-Kontessa Amalia, xi jsir minnha?

Rakkont imqanqal li jħalli lill-qarrej fuq ix-xwiek sabiex jiskopri jekk għadx issir ġustizzja xierqa.

addattat minn Charles B. Spiteri

Additional information

Category Category:
Tag ,
Weight 500 kg
Dimensions 21 × 14.7 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Amalia – L-Imgħallaq tal-Bosk 5”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…