Description
Minħabba l-kontribut letterarju ta’ Delia, u xejn inqas minħabba x-xogħol pastorali li wettaq, ċ orġ Mifsud u J.M. Ghigo S.J. ħadu f’idejhom it-tfassil ta’ dan il-ktieb bħala tifkira ta’ dan il-Malti li għen lil pajjiżu bit-talenti kollha li kellu. Delià ssokta fit-tradizzjoni tal-ċ iżwiti ta’ qablu, bħal IndrଠSchembri u Manwel Magri.
Fost il-kittieba li ħadu sehem f’dan il-ktieb ta’ min isemmi lil Anton Buttiġieġ, Ugo Mifsud-Bonniċi, Kalċidon Agius, Karmenu Vassallo, ċ orġ Zammit, ċ użà¨ Cassar-Pullicino, Oliver Friggieri, ċ użà¨ Chetcuti, ċ użà¨ Cardona, Kilin, J.M. Ghigo, S.J., Alessandru Bonniċi, O.F.M. Conv. u ċ orġ Mifsud. Dawn kollha, flimkien ma’ oħrajn, joħorġu xi aspetti ġodda ta’ fatti u ta’ kritika fuq il-ħajja, il-karattru u x-xogħol letterarju ta’ Delia, bħal ngħidu aħna li Delia fi żmien kien ipejjep ħafna, li kien delettant wisq tal-palk, tal-maġija u tal-istejjer għat-tfal, li l-grammatika tal-Malti tgħallimha mill-introduzzjoni tad-dizzjunarju ta’ A.E. Caruana, li l-ewwel leġġenda tiegħu ma kitibhiex hawn Malta, li kien imfittex ħafna għall-pariri, li kellu sehem ġmielu biex itaffi l-qagħda mwiegħra ta’ ħuh Nikol fil-kwistjoni tal-pjanta tas-sottomarin, u l-bqija.
Barra minn hekk, danil-ktieb fih ukoll mal-ħamsin ritratt li bosta minnhom qatt ma kienu dehru qabel. Bihom biss hawn l-aqwa doukumentazzjoni fuq il-ħajja u l-karriera ta’ Delia.









Reviews
There are no reviews yet.