Availability: In Stock

Tifkiriet: Minn Fomm il-Poplu

Author: Gordon Caruana
SKU: 9789918001897

25.00

Description

Tifkiriet: Minn Fomm il-Poplu hija pubblikazzjoni ġdida bbażata fuq intervisti li l-awtur Gordon Caruana għamel ma’ Maltin dwar Ħajja, Ħidma, Rikreazzjoni, Gwerra u temi oħra interessanti fuq il-ħajja soċjali tal-Maltin tal-aħħar 70 sena.

Din il-kitba ġiet imnebbħa mis-semmiegħa tal-programm radjufoniku Tifkiriet, li din is-sena jfakkar l-20 sena tiegħu.

Imqassma f’sitt kapitli, b’24 rakkont ta’ esperjenzi mill-imgħoddi, u bil-parteċipazzjoni ta’ madwar 80 persuna oħra, dawn il-memorji orali jeħduna lura fiż-żmien meta l-ħajja kienet aktar sempliċi u ta’ tbatija.

Mit-tfulija ta’ presidenti emeriti, l-iskola u l-ewwel tqarbina, għall-ħidma tal-bejjiegħa tal-ħalib u tal-pitrolju. Mis-sengħa tat-taħħan u l-ġabbar tal-melħ għall-iskultura fl-għamara. Mill-bżulija tat-tarznari u s-seħer tat-talkies, għall-esperjenzi ta’ sid il-ħanut tat-te, tal-messaġġier u x-xogħol ta’ suldat fil-gwerra.

Din hija nisġa ta’ tifkiriet minn fomm il-poplu li mhux biss għandha għan nostalġiku, imma turina minn x’hiex għaddew ta’ qabilna biex ksibna dak li qed ingawdu llum.

Additional information

Category
Tag
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication