Description
Iċ-Ċkejken Prinċep hija ħrafa filosofika ta’ żmienna – unika u universali. Is-seħer ta’ tagħha ġej mill-paradoss li f’dinja mgħaġġla u aljenata żżejjed, huwa tifel li juri maturità u sensittività biżżejjed biex jaddatta ruħu għall-kbar. Dan hu tifel li għandu l-viżjoni u l-imħabba meħtieġa biex bihmo tinbidel xi ftit id-dinja miġruħa mill-assurdità tal-bniedem adult. Iċ-Ċkejken Prinċep kif ukoll il-pilota li fid-deżet ‘jimmansa’, huma ż-żewġ naħat ta’ Antoine de Saint-Exupery. B’ironija mill-aktar fina, l-awtur jgħarbel lilu nnifsu fil-konfront ta’ soċjetà li tilfet bosta mill-valuri li għanew lill-bniedem sa minn ewl id-dinja.
The Little Prince










