Availability: In Stock

Ħajti: Familja, politika, sport – minn fomm Salvu Sant

Author: Salvu Sant
SKU: 9789918230198

25.00

Description

Salvu Sant għex il-familja, il-politika u l-isport b’intensità sa minn tfulitu f’ċirkostanzi diffiċli. L-esperjenzi tiegħu għadhom imnaqqxin f ’moħħu bil-linji ċari ta’ memorja perfetta. Ir-rakkonti tiegħu lil Kenneth Vella issa qed jitwasslulek f ’dan il-ktieb.

F’dan il-ktieb Salvu Sant inaqqax il-karattru ta’ Dom Mintoff kif tant jafu tajjeb hu fuq għexieren ta’ snin b’tifkiriet ta’ ġrajjiet li qed jitwasslu lill-pubbliku għall-ewwel darba. Inaqqax ukoll il-karattru ta’ ħuh, Lorry, bla ma jagħmel xi apoloġija għalih, anzi jwassalhulna sħiħ u awtentiku. Jagħtina l-esperjenza mill-aktar personali tiegħu fl-interdett. Ipinġi stampa ġenwina ta’ ħafna mexxejja li hu jaf sewwa, fuq iż-żewġ xaqlibiet tal-politika Maltija. U ċertu ġrajjiet li jirrakkonta jistgħu jissorprendu lil dawk li jaħsbu li l-politika Maltija hi biss ġlieda tal-klieb u l-qtates.

Salvu Sant iwasslilna ħafna avvenimenti mill-esperjenza rikka u twila tiegħu fit-Tarzna, fil-karigi tiegħu fil-Partit Laburista, f’korporazzjonijiet tal-Istat Malti, fil-Parlament u f’għaqdiet sportivi. Minnhom kollha Salvu Sant joħroġ bħala raġel li essenzjalment hu Malti li jfittex is-sliem ma’ dawk kollha li forsi ma jaqblux kif għandhom iħobbuha lil Malta, jew kemm iħobbuha, imma li żgur jaqblu li huma lkoll aħwa wliedha.

Additional information

Category
Tag
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication