Il-Ħadd hu jum il-mistrieħ,

Lill-Mulej dejjem offrih!

Għall-quddies tajjeb li tmur

Ħalli lill-Ħallieq iżżur.

Dakinhar tivvintax xogħol!

Tajjeb li nistrieħu lkoll

Mir-rutina ta’ kuljum,

Mistenni wisq hu dal-jum.

Xħin idoqqu nofsinhar

U kulħadd ikun id-dar

Nieklu dejjem ikel bnin

Aħna f’ġurnata bħal din.

Wara nistrieħu xi ftit

Għax il-Ħadd hekk biss tkun trid.

Jew xi dawra fejn ix-xatt,

Hemm, għall-kwiet, imur kulħadd.

Jeħtieġ illi l-Ħadd ngħożżuh

U li ma xejn ma nbiddluh.

Mill-għada, imbagħad, nikkargaw

U għax-xogħol nirritornaw.

Viva viva l-mistrieħ

Jgħid iż-żgħir u jgħid ix-xiħ.

Il-Ħadd hu jum il-Mulej,

Qatt m’għandna nbiddluh ma’ xej’!