Joseph Henry Abela, Qassis

Jiġri li min jimxi bil-mod jasal kmieni, min jagħmel kollox bil-galbu jmur aħjar. Imma jseħħ ukoll li ġrajjiet jiġu ma’ wiċċ il-bniedem għal għarrieda.

Aħna ma finiex ħafna. Imma żelqa, waqgħa, ħabta, aħbar, tibdillek kollox kollox. Issuq bil-lejl? Tara periklu? Issuq filgħodu tiltaqa’ ma’ ġenn?

Tiċċaqlaq bil-mixi jew bir-roti, għajnejk miftuħa jew magħluqa se jkollok ħwejjeġ li ma tobsorhomx u jkollok tbiddel il-qisien u l-kejl kollu.

X’taqbad tagħmel? Jew tisħet, jew tbierek. Li tista’, tagħmel dak li jmissek tagħmel sew u ma jkollokx indiema. Il-ġejjieni ma jasalx. Issa li tista’, issa li jaqbel. Jekk tistenna l-ħin jaħrab u tfittex u ma ssibx. Tiġġenninx; qassam, aħseb, fittex il-kwiet u tara li dak li jiġi ħabta u sabta tkun lest għalih.

Mhux li tgħix bil-biża’ anqas bit-twerwir imma li issa tagħmel ħiltek bil-qalb u ’l quddiem ħallih f’idejn Alla.

Għożż il-Jum!