Availability: In Stock

Ġustizzja bi Tbissima

Author: Tonio Borg
SKU: 9789995750613

25.00

Description

Ġustizzja bi Tbissima, Stejjer Umoristiċi hu ġabra ta’ aneddoti u avventuri li ġraw fil-Qorti u fl-uffiċċji tal-avukati. Fil-veru sens tal-kelma l-avukati, il-maġistrati u l-imħallfin jaraw minn kollox quddiemhom: kawżi dwar klieb u qtates, ġlied bejn il-ġirien, argumenti dwar wirt, kwistjonijiet dwar tiġijiet u l-għarajjes, oġġetti personali u privati! Mill-għatba ’l ġewwa tal-Qorti ssib minn kollox, u f’dan il-ktieb se taqra dak li qatt ma jiġi rappurtat fil-gazzetti!

X’jigri meta xhud jgħid li jismu Lorry flok Lawrence, jew meta klijent jitlob li jinħareġ mandat ta’ benedizzjoni flok inibizzjoni? Jekk ikollok xi obbigazzjoni lejn avukat x’tip ta rigal tagħtih? X’jiġri meta l-klijenti jmorru jfittxu l-attwarju u ma jsibuhx? Jew meta operazzjoni biex jitranġa sider ma tirnexxix? X’kellha speċjali biex baqgħet tissemma l-mogħża Għawdxija? Kemm dam Imħallef li tilef proċess sakemm induna li kien qed ipoġġi fuqu? Anki Maġistrati u Mħallfin jiżżeffnu f’diversi stejjer umoristiċi.

F’dan il-ktieb qed jiġu ppubblikati wkoll għall-ewwel darba poeżiji li nkitbu waqt kawżi jaħarqu nar. Għall-ewwel darba wkoll qed jiġu ppubblikati d-dwetti li kien jikteb l-Imħallef Victor Caruana Colombo fl-okkażjoni tal-festa tal-qaddis patrun tal-avukati Sant’Ivo, meta ssir l-ikla tradizzjonali għall-avukati. F’dawn it-taqbiliet satiriċi, Victor Caruana Colombo ma jħallihiex lixxa lil membri tal-ġudikatura u avukati. L-Imħallef jagħraxhom, jinbixhom u jiġbdilhom saqajhom it-tnejn!

Il-ktieb jinkludi wkoll illustrazzjonijiet ta’ diversi Imħallfin, Maġistrati u Avukati. L-illustrazzjonijiet saru minn Mark Schembri.

 

Additional information

Category , ,
Tag
Weight 860 kg
Dimensions 24.5 × 16.8 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Ġustizzja bi Tbissima”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…