Description
F’dan il-ktieb Mario Galea jdur dawra ma’ sħabu l-politiċi u jikxifhom għawarhom. Jirrakkonta xi praspura li jkunu għaddew minnha. Jiċċajta bi qrabqatu, bi ħbiebu u saħanasitra bih innifsu wkoll. X’jiġri meta Mario jmur għand Mintoff u x’jiġrilu Evarist Bartolo meta jmur il-Fiji? X’sms irċieva Eddie Fenech Adami? Kif baqa’ Simon Busuttil meta mar iżur Dar tal-Anzjani? X’jiġri wara l-bibien imsakkra tal-Operating Theatre tal-Isptar, u x’ġara eżatt meta Lawrence Gonzi ħaseb li Joe Saliba kien se joqtlu?
Bl-istil uniku tiegħu Mario jirrakkonta aktar minn 160 storja li ġraw vera. Dan hu ktieb li jikxef dak li ħaddieħor jippreferi jħallih mistur. Dan hu ktieb li jġiegħlek tidħak.











Reviews
There are no reviews yet.