Availability: In Stock

Sensiela Juann Mamo

SKU: SJM

25.00

943 in stock

Description

Ir-rumanz, il-personaġġi u l-poeżiji ta’ awtur ikoniku injorat għal nofs seklu għax irrakkonta l-gżira tal-mogħoż u t-tlaleb bil-passjoni u l-onestà  ta’ esploratur bla sabar tal-kelma.

Adrian Grima

  • ‘ulied in-nanna venut fl-amerka’ – juann jamo

Grupp ta’ Maltin bla skola fil-bidu tas-snin għoxrin jiddeċiedu li jemigraw lejn l-Amerika biex jagħmlu l-flus u jerġgħu lura Maltin sinjuri.  Minn hawn u minn hem jirnexxilhom, kollha ħlief wieħed, isibu l-flus għall-passaġġ, u jaslu New York, f’art ix-xogħol u l-fortuna, għajnhom mimlija li se jsibu d-dollari mal-art qed jistennewhom biex jiġbruhom.  Imma bejn għax l-affarijiet imorru żmerċ u bejn għax mhux kulħadd f’Art il-Gżażeb huwa kuntent li wlied in-Nanna Venut jinsabu f’Art-il-Flus, l-istorja tieħu rotta mhux mistennija.

Rumanz sabiħ u satiriku:  jigdem bis-sħiħ iż-żminijiet tagħna.

 Fih issib il-kliem, ix-xbihat, id-drawwiet l-aktar imqaxxra, u

f’kelma waħda l-poplu mpinġi bi ġrajjiet l-aktar komiċi; tad-

daħq.  Qisuh id-Dun Kixott għal Malta.  Ma nkitibx ieħor sabiħ

bħalu s’issa bil-Malti.  Magħmul għal idejn kulħadd; sabiħ kemm

jista’ jkun; taqrah u trid terġa’ taqrah.

(Il-Bidwi 1930)

  • ‘personaggi f’ulied in-nanna venut fl-amerka’ – ta’ juann mamo kitba u riċerka ta’ anton cassar, olivia borg, adrian grima

Ir-rumanz ikoniku ta’ Juann Mamo Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka jsemmi għadd kbir ta’ personaġġi Maltin u barranin ta’ kull xeħta u ta’ kull għamla.  Sikwit jirreferi għal persuni mill-ħajja pubbliku żgħira u kbira tal-bidu tas-seklu 20, minn Mastru Indrଠu Mastru ċ¦awwad sal-ċ¦embet u Satarjan, personaġġi li aktarx ma jfissru xejn għal udjenza tas-seklu 21 imma li għandhom sehem mid-dinja kemm storika u kemm letterarja li jinseġ b’ħila liema bħalha l-awtur. Anton Cassar joffri laqta personali unika fid-deskrizzjoni tiegħu ta’ dawk il-personalitajiet li kien jafhom mill-qrib.  Fl-istess ħin jagħti ħjiel tad-dinja li għex u kiteb fiha Juann Mamo.  Ix-xogħol ta’ Cassar huwa kkumplimentat minn bijografija essenzjali ta’ Mamo u mir-riċerka ta’ Olivia Borg u Adrian Grima dwar għadd ta’ personaġġi magħrufa u inqas magħrufa, minn Gaudenzio Ebejer sa Ernst Haeckel, minn Sylvia Sidney sa Safiya Zaghlul, minn Sticklen sal-Gross.  Dan il-ktieb huwa l-ewwel pass biex il-qarrejja jibdew jiskopru l-personaġġi memorabbli li jsibu ruħhom f’idejn Juann Mamo.

  • ‘Tħeġġiġa lill-Kittibin’ il-poeżiji ta’ juann mamo

Din il-ġabra tal-poeżiji ta’ Juann Mamo, xogħol Annalise Vassallo, turi aspetti oħrajn tal-personalità  kumplessa ta’ awtur li hu wild il-kultura popolari Maltija u fl-istess ħin għadu dikjarat u kultant feroċi tagħha.  F’dawn il-versi hemm tliet rakkonti divertenti marbutin mal-wirt għani tat-tradizzjoni popolari li Mamo xandar fi tliet pubblikazzjonijiet separati fl-1913.  Imma hemm ukoll innijiet mimlijin ħeġġa lill-ħolqien, lill-kotra tal-Maltin, u lill-qaddis patrun, u sejħa mqanqla tal-awtur lill-kittieba Maltin.  Fi “Tħeġġiġa lill-Kittibin” Juann Mamo jħeġġeġ lill-awturi l-ġodda, ħerġin minn wara s-sħab imdallam tal-kultura Maltija ta’ bejn iż-żewġ gwerer dinjija, biex idawlu l-imħuħ tal-Maltin.  Annalise Vassallo tistħarreġ dawn il-poeżiji għas-siwi intrinsiku u għas-sehem tagħhom fil-proċess dejjem għaddej tar-rikostruzzjoni tal-personalità  umana u letterarja ta’ Mamo, u tad-dinja ta’ żmienu.

Additional information

Category Category:
Tag Tag:
Weight 1280.0000 kg
Dimensions 20.0 × 13.0 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Note

Boxed set of three books

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Sensiela Juann Mamo”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…